Banda Vizitazzjoni Gharb

ARKIVJI

GHAQDA MUZIKALI "VIZITAZZJONI" GHARB
ATTIVITAJIET
AMMINISTRAZZJONI
STORJA
ARKIVJI
RITRATTI
Servizzi fil-Festi 2011
BANDISTI
IKKUNTATTJANA
MARCIJIET

DATI   IMPORTANTI
  •  26 ta' Gunju 2003 Bidu ta' l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni saret l-ewwel laqgha.
  • 14 ta' Lulju 2003:  Gie imwaqqaf u maghzul l-ewwel Kumitat ta' l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni.  Saret l-ewwel laqgha ufficjali tal-kumitat.  Gie deciz li titqassam ittra lil kull familja fl-Gharb sabiex tissieheb bhala membru kif ukoll tqassmet applikazzjoni ghal dawk kollha interessati li jitghallmu xi strument.
  • 27 ta' Lulju 2003:  Il-kumitat gabar l-applikazzjoni u l-formoli bieb bieb biex isiru membri ta' l-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni.
  • 1 ta' settembru 2003:  Sar l-istatut tal-Banda. Is-Sur Nazzareno Vassallo gie nominat l-ewwel President Onorarju.  Giet prezentata u accettata l-istemma ta' l-Ghaqda, xoghol ta' l-artist is-Sur Ruben Camilleri.
  • 23 ta' Settembru 2003: Saret revizjoni ta' l-istatut tal-banda b'xi emendi u wara gie approvat mill-kumitat.
  • 25 ta' Ottubru 2003:  Inxtraw u ngabu l-Gharb l-istrumenti.
  • 19 ta' Novembru 2003: Tpoggiet l-istemma tal-gebel mahduma u offruta b'xejn minn Anthony Spiteri.
  • 20 ta' Novembru 2003:  Twaqqfet l-anterjola ta' 60 pied fuq il-bejt ta' parti mic-Centru Parrokkjali li ser jintuza ghall-Banda,moghtija mis-Sur Nazzareno Vassallo.  wara saret l-ewwel laqgha tal-kumitat fis-sede l-gdida fic-Centru Parrokkjali fejn giet ipprezentata bandiera bl-istemma ta' l-Ghaqda mahduma mis-Sur Giovann Cassar mir-Rabat u mhallsa mill-membri tal-kumitat.
  • 22 ta' Novembru 2003:  Quddiesa fil-Bazilika u Kolleggjata ta' l-Gharb ikkoncelebrata mill-E.T. Mons Isqof Nikol G. Cauchi u l-kleru tal-parrocca waqt l-inawgurazzjoni tal-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni u t-tberik ta' l-istrumenti muzikali.  Gew moghtija tifkiriet lill-persuni nvoluti fl-Ghaqda Muzikali u wara l-istess Kumitat refa' l-bandiera miftuha u mbierka f'korteo ghac-Centru.  Imbaghad sar it-tberik u t-tlugh tal-bandiera.  Giet inawgurata plakka kommemorativa mal-faccata tac-Centru Parrokjali, imbierka mill-Arcipriet Mons Carmelo Gauci u inawgurata mill-Fundatur tal-Ghaqda u s-Sindku tar-rahal Chev. David Apap Agius Klj.  Segwentament id-Direttur Spiritwali Kan. Dun Guzepp Tabone bierek l-UfficcjuAmministrattiv.
  • 28 ta' Novembru 2004:  Sar l-ewwel kuncert fis-sala ta' l-iskola Primarja "Karmni Grima" Gharb.
  • 22 ta' Dicembru 2004:  Il-banda daqqet ghall-ewwel darba fil-pubbliku, permezz ta' innijiet tal-Milied, fuq il-palk tac-Centru Parrokkjali,  Il-banda kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast George Debono.
  • 27 ta' Dicembru 2004:  Daqqet ukoll ghall-ewwel darba fil-purcissjoni tal-Bambin tal-Milied mill-Museum sal-Knisja Parrokjali tal-Gharb.
  • 15 ta' Gunju 2005:  Ingabet l-uniformi, beritta bil-faxxa blu' u l-arma, spalletti b'faxxa lewn id-deheb u ingravata blu' bl-arma.
  • 1 ta' Lulju 2005:  L-Ghaqda Muzikali "Vizitazzjoni" harget ghall-ewwel darba l-ewwel magazine ghal-Festa tar-Rahal li se jkommpli johrog kull sena.
  • 2 ta' Lulju 2005:  Ghall-ewwel darba il-banda daqqet fil-festa tar-rahal billi hadet sehem fit-tranzlazzjoni b'marci religjuzi,
  • Sar tberik tal-Istandard tal-Banda Vizitazzjoni mill-Kan, Dun Michael Cauchi u imbaghad tkomplu l-marc fi Triq il-Knisja.  Aktar tard il-banda ghamlet programm interessanti fuq il-plancier tal-pjazza tar-rahal.
  • 9 ta' Lulju 2005:  Il-Banda daqqet ghall-ewwel darba ghall-festa ta' qassis gdid, b'marci religjuzi u brijuzi fil-Korteo, mid-dar ta' Dun Christopher sal-Knisja Parrokjali tal-Gharb, fl-okkazjoni ta' l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu.
  • 16 ta'Settembru 2005:  Il-Banda daqqet marci Funebri fil-funeral ta' Guzepp Portelli li kien membru fil-kumitat tal-Banda Vizitazzjoni.
  • 19 ta' Novembru 2005: Il-Banda daqqet flimkien mall-kor ta' l-Gharb waqt il-Quddiesa li saret  f-gheluq it-Tieni Anniversarju tat-Twaqqif tal-Ghaqda Muzikali Vizitazzjoni.
  • 22 ta' Dicembru 2005.  Il-Banda daqqet ghat-tieni darba innijiet tal-Milied fuq il-palk tac-Centru Parrokjali.  Dak inhar hargu jdoqqu 6 bandisti godda li huma Marielise Abela, Elisa Caruana, Anna Marie Cassar, Jolene Cefai, Steve Farrugia u Matthew Bajjada.
  • 26 ta' Dicembru 2005.  Il-Banda daqqet ukoll fil-purcissjoni tal-Bambin tal-Milied mill-Museum sal-Knisja Parrokjali tal-Gharb.
 

  • April 2006:  Ghall-ewwel darba il-Banda Vizitazzjoni daqqet marcijiet funebri fil-purcissjoni tad-Duluri.
  • Mejju 2006:  Il-Banda Vizitazzjoni flimkien mal-kor tal-parrocca daqqet waqt il-quddiesa koncelebrata minn l-Isqof il-gdid ta’ Ghawdex Mario Grech meta ghamel l-ewwel zjara tieghu fil-parrocca tal-Gharb bhala l-isqof il-gdid ta’ Ghawdex.
  • Gunju 2006:  Ittella arblu gdid tal-injam li hu twil  60 pied fuq il-kazin tal-Banda Vizitazzjoni. 
  • L-Erbgha 28 ta Gunju 2006:  Il-Banda Vizitazzjoni daqqet  Marcijiet  Brijuzi fl-okkazzjoni tat-tberik tal-bandalori l-godda ghal-pjazza.
  • Il-Gimgha 30 ta' Gunju 2006:  Hareg il-Magazin tal Banda ghat-tieni sena konsekottiva.
  • Is-Sibt 1 ta' Lulju 2006:  Izzanznu ukoll il-Badges li saru apposta ghal fuq il-brirett tal-Bandisti. Saret ukoll labra bl-arma tal-banda ghal fuq l-ingravata tal-membri tal-kumitat.  Sar ukoll pin bl-arma tal-Banda ghal fuq il-glekk ghal kullhadd. 
  • Is-Sibt 1 ta' Lulju 2006:  Indaqq ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir mill-Banda Vizitazzjoni 
  • Il-Hadd 2 ta' Lulju 2006:  Il-Banda Vizitazzjoni daqqet ghall-ewwel darba fil-purcissjoni li kienet immexxija mill-Isqof il-gdid ta' Ghawdex Mario Grech
  •  Il-Hamis 29 ta' Awissu 2006: Jum l-Gharb. Il-Banda Vizitazzjoni daqqet marcijiet u wara l-Innu Gharb. Dak inhar il-Banda giet moghtija l-Award fil-Gharb Gozitano Cultural Award.
  • Mil-5 sal-10 ta' Settembru 2006: Ghall-ewwel darba l-Banda ghamlet Gita ghal-Italja ghall-bandisti u partitarji tal-Banda Vizitazzjoni.
  • L-Erbgha 6 ta' Settembru 2006: Ghall-ewwel darba l-Banda daqqet barra minn xtutna fil-pjazza tal-Vatikan f'udjenza pontificju tal-Papa Benedittu XVI. Din kienet l-ewwel banda Maltija li qaddet lil dan il-Papa gdid, Dakinhar fil-ghaxija il-banda daqqet marcijiet brijuzi quddiem il-monument ta' Papa Gwanni Pawlu II f'Gerano. Dan il-munoment illum jinsab fir-Rabat Ghawdex.
  • Il-Hadd 24 ta' Settembru 2006: Il-Banda daqqet marcijiet brijuzi fil-Festa ta' San Dimetri.
  • 22 ta' Novembru 2006: L-anniversarju tal-Banda Vizitazzjoni. Dak inhar il-Banda daqqet fil-knisja flimkien mal-kor tal-parocca waqt il-quddiesa flimkien mal-kor tal-parocca hadet sehem fil-Quddiesa li kienet iccelebrata mill-Isqof ta' Ghawdex Mons. Mario Grech.
  • 23 ta' Dicembru 2006: Ghat-tieni sena konsekottiva il-banda daqqet innijiet u carols tal-Milied fuq il-palk tac-Centru Parrokjali.
  • 26 ta' Dicembru 2006: Il-Banda daqqet ukoll innijiet tal-Milied fil-purcissjoni tal-Bambin li bdiet mill-Museum tas-subien sal-Knisja Parrokjali.
  • 16, 17, 18 ta' Marzu 2007 - Seher il-Punent. Il-Banda taghna daqqet Marcijiet Brijuzi f'dawn it-tliet ijiem.
  • It-Tnejn 24 ta' Marzu 2007: Il-Banda daqqet Marcijiet Funebri fil-funeral tal-Ex. Arcipriet Guzeppi Borg.
  • Il-Hadd 15 ta' April 2007: Sar ghal-ewwel darba r-recording tal-Innu il-Kbir mill-Banda Vizitazzjoni, l-Innu Marc u Marcijiet ohra gewwa Malta.
  • L-Erbgha 2 ta' April 2007: Ghal-ewwel darba l-Banda Vizitazzjoni daqqet marcijiet Funebri fil-festa tar0Redentur. Peress li kienet ix-xita l-purcissjoni ma hargitx u ghalhekk daqqet fil-knisja.
  • Il-Hadd 13 ta' Mejju 2007: Il-Banda Vizitazzjoni daqqet ghall-ewwel darba marcijiet Brijuzi fit-toroq Birbuba u Santu Pietru fil-Festa tal-Knisja taz-Zejt.
  • Is-Sibt 19 ta' Mejju 2007: Notte Gozitano. Il-Banda Vizitazzjoni daqqet marcijiet Brijuzi u wara ghamlet Programm Muzikali fi Triq Repubblika r-Rabat Ghawdex.
  • Il-Gimgha 15 ta' Gunju 2007: Sajf Start Festa 2007. Il-Banda Vizitazzjoni organizzata Festa Sajf 2007 fil-pjazza fejna kelna mistiednin specjali lil Joe Farrugia id-Dulli u Veronica. 

underconstrution.gif

Ghaqda Muzikali "Vizitazzjoni" Gharb - Ghawdex - Malta.

 This site is created and maintained by Alfred Cauchi   ©   ALL  RIGHTS  RESERVED